Lokali

RITRATTI: Karozzi nofshom mgħerrqa fil-Gżira

Maltemp jolqot il-Gżejjer Maltin

Twissija maħruġa mill-Uffiċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qalet li l-gżejjer Maltin illum se jintlaqtu minn tempesti bir-ragħad.

Dan hekk kif fi tmiem din il-ġimgħa kien diġa prevvist maltemp b’xita u ragħad. Is-sit FirstMalta.com qal li dan hu riżultat ta’ sistema ta’ pressjoni baxxa mal-lejl li għadda li se timxi lejn it-Tuneżija u testendi saċ-ċentru tal-Mediterran sal-lum.

L-iktar maltemp intens mistenni jilħaq lit-Tuneżija u l-Mediterran iżda l-gżejjer Maltin xorta mistennija jintlaħqu minn xita bir-ragħad matul il-ġurnata.

Għandek xi ritratti? Ibgħathomlna fuq news@netmedia.com.mt jew inkella permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħna ta’ Facebook.

Ritratt: Priscilla Grima
Ritratt: Natalie Kenely
Grafika ppubblikata mis-sit FirstMalta.com