Lokali

AĠĠORNATA BIL-FILMAT: Hold-up f’ġojjellerija f’Tigne: Sparati tiri u persuni feruti

Ftit tal-ħin ilu seħħ hold-up f’ġojjellerija f’Tigne. Bħalissa fuq il-post hemm numru kbir ta’ Pulizija.

Jirriżulta li kienu sparati wkoll xi tiri, u ndarbu xi persuni, fosthom membru tas-sigurta tal-istabbiliment li pprova jwaqqaf il-ħallelin milli jaħarbu u tawh daqqa f’rasu. Il-membru tas-sigurta’ hu Taljan u għandu 45 sena.

Net News jinsab infurmat li żewġ ħallelin lebsin parrokka ta’ buffu daħlu fil-ħanut ta’ Diamonds International f’Tigne u marru dirett fejn hemm il-vettrini, kisruhom, u serqu xi oġġetti li poġġew f’żewġ basktijiet. Fil-ħin tas-serqa fil-ħanut li fih seħħet is-serqa kien hemm żewġ ħaddiema li ngħataw il-kura minħabba xokk kbir.

Huma ħarbu bi quadbike li kienet fuq il-post u kien hemm persuna oħra tistennihom f’karozza oħra tat-tip Suzuki Alto.

Il-Karozza li ħarbu biha l-ħallelin instabet ftit tal-ħin wara fil-Gżira. Huwa mifhum li l-ħallelin mill-Gżira ħarbu b’vettura oħra. Iż-żona tal-madwar bħalissa tinsab magħluqa.

Il-Karozza li ħarbu biha l-ħallelin instabet il-Gżira

Kont fuq il-post? Għandek xi informazzjoni?

Ibgħatilna r-ritratti fuq news@netmedia.com.mt

Il-ġojjellerija ta’ Diamonds International fl-istat oriġinali qabel is-serqa