Lokali

Titħabbar il-mewt ta’ Jerome Frendo; il-Funeral se jsir nhar il-Ħadd

Jerome ried li fil-funeral ħadd ma' jilbes l-iswed

Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Jerome Frendo, żagħżugħ li għal dawn l-aħħar snin kien qed jiġġieled il-marda tal-kanċer.

Kien diversi l-messaġġ ta’ kondoljanzi li mmedjatament bdew jinkitbu fuq il-midja soċjali.

Jerome jibqa’ magħruf għal kuraġġ kbir li kellu.

Fost l-ewwel messaġġ kien hemm dak ta’ Martina, tfajla li wkoll kienet mardet bil-kanċer.

Aktar tard missier Jerome qal li l-funeral se jsir nhar il-Ħadd 8 ta’ Ottubru fit-3p.m. fil-Knisja tad-Dumnikani r-Rabat. Il-Quddiesa se titmexxa mill-Isqof fl-Albanija, George Frendo, li hu qarib tal-familja ta’ Jerome.

Fil-messaġġ ntqal ukoll li x-xewqa ta’ Jerome kienet li ħadd ma jilbes l-iswed.

Minflok fjuri, qed ikun mitlub li jingħataw donazzjonijiet lil Puttinu Cares li matul din il-marda kien ta’ appoġġ għal Jerome u l-familja kollha.