Edukazzjoni Lokali

“L-SDM issostni li t-talba lill-istudenti biex jgħallmu s-suġġetti b’kawża ta’ nuqqas t’għalliema hija insulenti lejn l-istudenti nfushom”

Università ta' Malta

Il-problema ta’ nuqqas ta’ ghalliema qed thalli impatt qawwi. Tant kemm bħalissa m’hawnx għalliema biex jgħallmu ċertu suġġetti, li issa anke l-istudenti universitarji li għadhom ma gradwawx, qed jintalbu jgħallmu fl-iskejjel. F’email mibgħuta lill-istudenti kollha tal-Università, l-istudenti ġew mgħarrfa li qed jiġu offruti impjiegi ‘part-time’, jew b’ammont ta’ sigħat li jridu, biex jgħallmu numru ta’ suġġetti fl-iskejjel, fosthom Accounts, il-Kimika, il-Bijoloġija, ix-Xjenza, l-ICT u l-Computer Studies.

F’reazzjoni għal din l-aħbar, l-Għaqda Studenteska SDM fi stqarrija sostniet li din it-talba lill-istudenti biex jgħallmu dawn is-suġġetti hija insulenti lejn dawk l-istudenti li qed jistudjaw il-Baċċelerat fl-Edukazzjoni u kif ukoll dawk li qed jagħmlu l-Masters biex isiru għalliema.

Minħabba f’hekk l-SDM talbet laqgħa mal-Ministru Evarist Bartolo fejn hu jiltaqa’ ma’ dawn l-istudenti li qed jiġu affetwati b’din id-deċizzjoni direttament.

Intant il-Union tal-ghalliema fl-ewwel reazzjoni ddeskriviet id-decizjoni tal-Gvern bhala insulenti u qalet li lesta tordna azzjonijiet industirjali.

Studenti Universitarji mitluba jgħallmu fl-iskejjel minħabba nuqqas ta’ għalliema