Kien hemm kommossjoni f’Paceville ilbieraħ filgħaxija meta żewġ persuni kienu arrestati mill-Pulizija. L-arresti saru għall-ħabta tal-11.30pm u mhux eskluż li ġew sparati xi tiri.
NET News jinsab infurmat li aktarx, l-arresti huma marbuta mal-hold-up li kien sar minn ħanut tal-ġojjellerija f’Tignè fil-5 ta’ Ottubru li għadda.
Dakinhar, żewġ ħallelin lebsin parrokki ta’ buffu daħlu fil-ħanut u serqu ammont kbir ta’ ġojjellerija. Fil-proċess, kienu sparati wkoll xi tiri u indarbu xi persuni.
Meta NETnews.com.mt għamel kuntatt mal-Pulizija għal iktar informazzjoni, ma ngħatajna l-ebda informazzjoni oħra għajr li lbieraħ filgħaxija ġew arrestati żewġ persuni f’Paceville b’rabta mal-hold-up f’Tignè Point.
Sadanittant, skont rapporti oħra fil-media lokali, intqal li ż-żewġ persuni arrestati mill-Pulizija ma jinkludux ir-raġel Albaniż li aktar kmieni kien ġie ppubblikat ritratt tiegħu mill-Pulizija, u li għadu qed jiġi mfittex.
Meta kien sar il-hold-up, il-ħallelin ħarbu mill-post bi quadbike li kienet fuq il-post u kien hemm persuna oħra tistennihom f’karozza oħra tat-tip Suzuki Alto. Il-karozza nstabet aktar tard fil-Gżira.
//= $special ?>AĠĠORNATA BIL-FILMAT: Hold-up f’ġojjellerija f’Tigne: Sparati tiri u persuni feruti