Lokali

Daphne Caruana Galizia tinqatel fi splużjoni f’karozza fil-Bidnija

Il-Ġurnalista Daphne Caruana Galizia inqatlet wara li għall-ħabta tat-3pm seħħet splużjoni f’karozza li kienet fit-Triq tal-Bidnija (fil-limiti tal-Mosta).

Persuni li kienu fil-qrib qalu lil NET News li wara li seħħet l-isplużjoni, il-karozza ħadet in-nar. Fil-post issejħet Ambulanza, iżda sfortunatament, l-intervent mediku kien kollu għalxejn. Fil-post issejħu wkoll Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u membri tal-Explosives Ordnance Disposal. It-triq ingħalqet għat-traffiku.

Mill-ewwel, wieħed jista’ jinnota li l-isplużjoni kienet qawwija, tant li l-fdalijiet tal-karozza nstabu fil-ħamrija, numru ta’ metri bogħod minfejn seħħet l-isplużjoni. Aktar tard, il-karozza kienet rikonoxxuta li hi tat-tip Peugeot 108 u kienet tal-kiri.

Kawża tal-qawwa tal-isplużjoni, it-tip tal-vettura u l-katavru damu xi ftit biex ikunu identifikati sakemm eventwalment, kien identifikat li l-vittma hi Daphne Caruana Galizia.

Dwar il-każ infetħet Inkjesta, li qed titmexxa mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera.

Aktar dettalji għadhom qed jaslulna …

Ibgħatilna email fuq news@netmedia.com.mt