Lokali

L-aħħar messaġġ ta’ Daphne Caruana Galizia jibqa’ mfakkar bi graffiti

Matul il-lejl li għadda, l-aħħar messaġġ tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fil-blogg tagħha nkiteb permezz ta’ graffiti ma’ wieħed mill-ħitan li jagħti għall-Università ta’ Malta.

“There are crooks everywhere you look now. The situation is desperat€,” kitbet Daphne Caruana Galizia f’artiklu ppubblikat biss ftit tal-minuti qabel il-mewt brutali tagħha.

Hu propju dan il-messaġġ li qed jiġbed l-attenzjoni ta’ dawk kollha li jgħaddu minn quddiemu u li se jibqa’ jfakkar il-messaġġ ta’ Daphne Caruana Galizia dwar is-sitwazzjoni mwegħra li jinsab fiha pajjiżna b’theddida għad-demokrazija u l-espressjoni ħielsa.

Matul l-ġurnata sadattant komplew jidhru graffiti ġodda madwar pajjiżna, b’persuni li kitbu l-messaġġ “We will not be silenc€d. RIP Daphne” taħt Bieb il-Bombi, fil-Floriana, waqt li graffiti ieħor sar fl-Imsida, fejn inkiteb il-messaġġ “Speak the truth even if your voice shakes.”