Tfal, ġenituri u għalliema tal-iskola San Anton f’mixja ta’ solidarjetà mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia

Bħalissa tfal, ġenituri u għalliema  tal-iskola ta’ San Anton inġabru fil-Belt Valletta f’mixja ta’ solidarjetà mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia. L-iskola organizzat din il-mixja b’sens ta’ komunità hekk kif it-tfal ta’ Daphne Caruana Galizia kienu jattendu l-istess skola.