Lokali

FILMAT: Il-Gvern ma jridx jiddiskuti t-talbiet tas-soċjetà ċivili

Il-Gvern ma jaqbilx li tiġi diskussa t-talba biex tiġi kkunsidrata l-pożizzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali fil-Parlament illejla – hekk kif ma jarax li din hi materja ta’ importanza nazzjonali.

Dan ħareġ wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia preżenta mozzjoni fejn innota li li ż-żewġ naħat tal-kamra tal-Parlament ikkundannaw dan il-qtil tal-ġurnalista bħala att kodard kontra pajjiżna u saħansitra lbieraħ ingħaqdu mal-eluf ta’ nies u s-Soċjeta’ Ċivili u niżlu fit-toroq tal-Belt Valletta għad-dimostrazzjoni – il-Kap tal-Oppożizzjoni talab li din is-sitwazzjoni tiġi diskussa fil-Parlament b’mod urġenti

Madanakollu l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia innota li hekk kif stqarr il-whip tal-Partit Laburista Byron Camilleri – il-Gvern ma aċċettax it-talba li jiġi sospiż ix-xogħol tal-Parlament u jiddiskuti s-sitwazzjoni għat-talba tar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali, u anke l-mod ta’ kif dawn ikunu eletti.

Xorta waħda, il-Gvern ma ħatafx l-opportunita’ u minflok l-ispeaker innota li l-Gvern ma aċċettax din it-talba:

Għaldaqstant, il-Gvern ma laqax it-talba tal-Oppożizzjoni biex tiġi diskussa din il-mozzjoni.