Lokali

Intervista: “Qed nibża’ li ħajti trid tieqaf, iddisprata” – omm Tuneżina f’Malta

Omm qed tirriskja li tgħix barra jew titkeċċa minn pajjiżna minħabba l-burokrazija

Din hi l-istorja ta’ omm ta’ żewġ tfal li tista’ tkun il-vittma tal-burokrazija.

Tikkunsidra li ttemm ħajjitha għax id-dewmien fil-proċessi lokali se jwassluha biex hi u wliedha jispiċċaw jorqdu barra, titkeċċa minn pajjiżna jew agħar minn hekk ittemm ħajjitha.

Din l-omm u bintha ma jridux karità. L-omm trid li tkun tista’ taħdem u tħallas it-taxxi kif ilha tagħmel mill-2002. Bintha trid biss li titħalla tkompli tistudja kif għamlet sa mill-Year 1 f’pajjiżna.

Iżda mindu saret din l-intervista fl-aħħar sigħat, bil-burokrazija tkompli tirrenja, l-omm tilfet xogħol ieħor li kienet applikat għalih u ntagħżlet għax kapaċi u b’esperjenza.