L-elezzjoni għall-membri fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ħolqot entużjażmu kbir fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, tant li għat-18-il membru f’wieħed mill-ogħla organi tal-Partit Nazzjonalista, 59 persuna tefgħu n-nomina tagħhom.
Din l-elezzjoni tikkonsisti f’żewġ listi: waħda bl-ismijiet tal-irġiel u waħda bl-ismijiet tan-nisa, biex jiġu eletti 9 irġiel u 9 nisa. Il-persuni li se jikkontestaw f’din l-elezzjoni huma dawn:
Irġiel: Joseph M. Aquilina, Nicky Azzopardi, Ivan Bartolo, Charles Bonello, Albert Buttigieg, Alexis Callus, John Baptist Camilleri, Jeremy Cardona, Jerome Caruana Cilia, Roderick Caruana, Robert Cremona, Josef Cuschieri, Malcolm Custo’, Jean Pierre Debono, John B. Dougall, Gabriel Joshua Ellul, Michael Fenech Adami, Mario Frendo, Ċensu Galea, Stephen Gatt, David Grech, David Herrera, Alexander Mangion, Ernest Mercieca, Aaron Micallef Piccione, Robert Micallef, Malcolm Mifsud, Josie Muscat, Martin Musumeci, Alex Perici Calascione, Pierre Portelli, Mark Anthony Sammut, Liam Sciberras, Norvin Spiteri, Alban Thika, Ian Mario Vassallo, Norman Vella, Antoine Zammit u Jason Zammit.
Nisa: Amanda Abela, Marisa Abela, Simone Aquilina, Roselyn Borg Knight, Elaine Camilleri Schembri, Maryanne Cuomo, Graziella Galea, Margaret Mercieca, Paula Mifsud Bonnici, Claire Mifsud, Anne Marie Muscat Fenech Adami, Veronica Perici Calascione, Stefania Pirotta, Sandra Smart Costantino, Connie Scerri, Lisa Spiteri, Louise Tedesco, Evelyn Vella Brincat, Francesca Zammit u Marie Claire Zammit.
L-elezzjoni għall-membri tal-Kumitat Eżekuttiv se ssir is-Sibt 4 ta’ Novembru, waqt li l-elezzjoni kmieni se ssir għada s-Sibt 28 ta’ Ottubru. Il-ħinijiet tal-votazzjoni se jkunu f’Malta bejn it-tmienja ta’ filgħodu u d-disgħa ta’filgħaxija u f’Ta Sannat bejn it-tmienja ta’ filgħdu u s-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija.
//= $special ?>