Lokali Saħħa

Pazjent fl-isptar Monte Karmeli jmut kawża tal-leġionella; kollox jinżamm sigriet

Mill-Arkivji

Pazjent ta’ madwar 50 sena fl-isptar Monte Karmeli miet wara li kien infettat bil-leġionella. Jidher li l-pazjent kien infettat bil-leġionella mis-sistema tal-ilma tal-isptar.

Żvelat dan The Times of Malta fil-ħarġa tal-lum wara li l-amministrazzjoni tal-isptar żammet kollox moħbi minkejja li l-każ seħħ xi ġimgħat ilu.

Il-Pazjent kien ittieħed b’urġenza l-isptar Mater Dei minħabba qtugħ ta’ nifs li kellu u miet ftit ġranet wara li ddaħħal l-isptar fit-taqsima tal-kura intensiva.

L-iktar li tinstab il-leġionella hija fl-ilma u fil-ħamrija.

Matul dawn l-aħħar ġimgħat Net News u l-ġurnali in-Nazzjon u il-mument rrapurtaw diversi drabi dwar is-sitwazzjoni ħażina li jinsab fiha l-isptar Monte Karmeli.