Lokali

Ara min huma n-nisa eletti fil-Kumitat Eżekuttiv tal-PN

Fl-elezzjoni li saret biex ikunu eletti r-Rappreżentanti fil-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, id-9 nisa eletti huma:

  • Amanda Abela (681 vot)
  • Roselyn Borg Knight (671 vot)
  • Graziella Galea (797 vot)
  • Paula Mifsud Bonnici (901 vot)
  • Veronica Perici Calascione (736 vot)
  • Lisa Spiteri (885 vot)
  • Louise Tedesco (817 vot)
  • Evelyn Vella Brincat (605 vot)
  • Francesca Zammit (636 vot)

B’kollox kien hemm 20 mara li kkontestaw din l-elezzjoni. Issa jmiss li jkunu eletti 9 irġiel minn 39 kandidat.

Aktar kmieni llejla Kristy Debono kienet eletta President tal-Kunsill Ġenerali tal-PN.

Matul il-jum tas-Sibt ivvutat l-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fosthom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, il-Viċi Kapijiet tal-Partit u anke s-segretarju Ġenerali.

Il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista jkompli l-Ħadd filgħodu, fejn jilħaq il-qofol tiegħu b’diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.