Lokali

“Il-politiċi jridu jfasslu l-politika, l-attivisti jridu jixprunawha” – Toni Bezzina

“Il-politiċi jridu jfasslu l-politika, l-attivisti jridu jixprunawha” dawn kien il-kumment ta’ Toni Bezzina hekk kif kien qed jitkellem fuq is-sitwazzjoni preżenti fil-pajjiż wara l-funeral ta’ Daphen Caruana Galizia li kienet assassinata nhar is-16 ta’ Ottubru 2016. Toni Bezzina kien qed jindirizza laqgħa mal-Fergħat tal-Partit Nazzjonalista fejn sejjaħ biex dawk preżenti ma’ jinsewx l-ġrajjiet riċenti; “Ħadd magħndu jinsa’ dak l-isem, ħadd magħndu jinsa’ dik id-data b’mod speċjali sa kemm isseħħ ġustizzja u sa kemm dan il-pajjiż jirrikonoxxi u jsaħaħ b’mod attiv l-istituzzjonijit staġnati ta’ dan il-pajjiż, li minflokk iservu liċ-ċittadin qed iservu lill-politiku.”

Toni Bezzina kompla jispjega li huwa fid-dover tal-politiċi li f’mumenti bħal dawn jagħmlu dak li huwa mistenni minnhom; li jillegislaw u li jirriformaw. Toni Bezzina sostna li filwaqt li kien fost l-attivisit li jipprotestaw u jixprunaw għal bidla, kien il-post tal-politiċi li jużaw kull forma ta’ saħħa li ttihom il-kostituzzjoni u s-siġġu parlamentari, biex iresqu fuq l-aġenda dawk il-bidliet li kien hemm bżonn. “Jekk l-eżekuttiv, jekk il-Prim Ministru u l-kabinet, kienu ser jagħżlu li jibqgħu ċassi, kellhom jkunu jaf li l-oppożizzjoni ma kelliex intenzjoni li tagħmel hekk, u li l-oppożizzjoni ser tkompli tuża ħinha biex titlob u tipproponi t-tibdil li kien hemm bżonn” sostna il-Perit Toni Bezzina.

Waqt il-laqgħa mar-rappreżentanti tal-Fergħat tal-Partit Nazzjonalista, Toni Bezzina ddiskuta l-proposti tiegħu biex jindirizza l-bżonnijiet tal-Partit, il-Midja u s-Soċjetà. Dawn huma it-tlett temi ewlenin li għalihom qed jipproponi diversi ideat ta’ tiġdid u azzjoni jekk jingħata l-fiduċja tat-tesserati u jkun elett Viċi Kap għall-Affarijeit tal-Partit.

Matul din il-ġimgħa Toni Bezzina ltaqa’ wkoll mal-edituri u ġurnalisti tal-Media Link fejn stqar l-importanza tal-messaġġ ċar tal-Partit fejn huwa qed jipproponi laqgħat regolari biex ikun hemm direzzjoni editorjali ċara u konsistenti. Waqt din il-laqgħa l-ħaddiema kellhom l-opportunità jiddiskutu u jipproponu l-ideat tagħhom. “Irridu ninnvestu fir-riżorsi umani tagħhna biex nassiguraw l-aqwa servizz permezz tal-midja tagħhna” temm jgħid Toni Bezzina.