Illejla Kristy Debono kienet eletta President tal-Kunsill Ġenerali wara elezzjoni li saret fost il-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista.
Kristy Debono kisbet 638 vot waqt li l-kandidat l-ieħor, Ċensu Galea, kiseb 622 vot. fl-elezzjoni kien hemm 16-il vot invalidu.
Fl-ewwel kummenti ma’ Net News, Kristy Debono rringrazzjat lil dawk kollha u vvutawlha, waqt li rringrazzjat lil Ċensu Galea, il-kandidat l-ieħor f’din l-elezzjoni.
Kristy Debono se tkun qed tippresiedi l-ewwel Kunsill Ġenerali għada filgħodu. Il-Kunsill Ġenerali, li jiftaħ fid-09:30 fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, għandu t-tema ‘Ġustizzja, Sigurtà, Libertà’. Il-Kunsill Ġenerali se jkun indirizzat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
Segwi l-ewwel kummenti ta’ Kristy Debono fl-aħħar tal-filmat.
//= $special ?>