F’Mozzjoni li preżenta fil-bidu tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kkundanna l-eżekuzzjoni tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li nhar it-Tnejn 16 ta’ Ottubru sfat maqtula f’karozza bomba fil-Bidnija.
Fil-Mozzjoni l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adriana Delia sostna li dan il-Kunsill Ġenerali jirrijafferma l-kollass tal-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna li taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat wasalna f’punt fejn min ried jippjana u jwettaq qtil faħxi bħal dan, sab istituzzjonijiet dgħajfa tant li wettaq dan id-delitt.
Adrian Delia sostna li dan il-Gvern naqas milli jiproteġi l-libertà tal-espressjoni kif ukoll naqas milli jiprovdi s-sigurtà meħtieġa lill-ġurnalisti.
Dan seħħ għaliex il-Gvern Laburista dgħajjef is-soċjetà Maltija taħt kull forma possibli bil-għan li jġib lill-pajjiżna stat bla ruħ. Dan il-Kunsill Ġenerali jikkundanna dan l-aġir mingħajr ebda riżervi temm jgħid il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
//= $special ?>

