Din hi s-sala li aktar tard illum se tkun inawgurata f’isem Daphne Caruana Galizia
Aktar tard illum wara d-dibattitu dwar is-saltna tad-dritt f’Malta fil-Parlament Ewropew, se tkun inawgurata sala tal-Konferenzi ddedikata lil Daphne Caruana Galizia. Din is-sala fil-Parlament Ewropew saret fuq ix-xewqa ta’ Antonio Tajani, il-President tal-Parlament Ewropew.