Lokali

RITRATTI: Il-Kap tal-PN Adrian Delia jivvota fl-elezzjoni għall-Viċi Kapijiet

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jżur il-postijiet tal-votazzjoni

Fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-PN Adrian Delia vvota fl-elezzjonijiet interni li bħalissa qegħdin isiru.

Kien għall-ħabta tal-11.15 ta’ filgħodu, meta il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ltaqa’ ma’ numru kbir ta’ nies li kienu jinsabu fid-Dar Ċentrali biex jivvuttaw. Wara, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia żar ukoll il-post tal-votazzjoni fin-Naxxar u aktar tard fil-Każin tal-PN Ħal Tarxien.

Matul il-ġurnata vvuttaw numru ta’ persuni distinti, fosthom l-erba’ kandidati li qed jikkontestaw din l-elezzjoni u s-Segretarju Ġenerali Rosette Thake.

Il-kariga ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Parlament qed tkun ikkontestata minn David Agius u Edwin Vassallo, filwaqt li dik għall-Ħidma fil-Partit qed tkun ikkontestata minn Robert Arrigo u Toni Bezzina.

L-elezzjoni fetħet fit-8 ta’ dalgħodu u se tibqa’ għaddejja sad-9pm f’Malta fid-Dar Ċentrali tal-PN, fil-Każin tal-PN f’Ħal Tarxien u barra t-Trade Fair fin-Naxxar u bejn it-8am u s-7.30pm f’Għawdex fis-‘Sub-Headquarters’ tal-PN f’Ta’ Sannat.

Ara r-ritratti hawn: