Lokali

Titħabbar il-mewt tas-Sindku taż-Żejtun Joe Attard

Illum tħabbret il-mewt tas-Sindku taż-Żejtun Joe Attard li kien ilu jokkupa l-kariga ta’ Sindku tal-lokalità sa mill-1996. Hu kien ilu membru tal-istess Kunsill Lokali sa minn sentejn qabel meta fl-1994 kien inħatar bħala Kunsillier fl-ewwel elezzjonijiet Lokali li saru f’Malta.

Intant fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista esprima l-kondoljanżi tiegħu għat-telfa ta’ Joe Attard. Il-Partit Nazzjonalista ta l-kondoljanżi tiegħu lill-familja ta’ Joe Attard li tilef ħajtu aktar kmieni llum. Il-PN qal li s-sur Attard se jibqa’ mfakkar għas-snin twal li qatta bħala sindku tal-lokal taż-Żejtun u għall-imħabba li kellu lejn l-istess lokalita’.

Huma l-bosta persuni li bdew jagħtu l-kondoljanzi tagħhom lill-familja tas-Sindku fuq il-midja soċjali.