Lokali

Theddid fuq l-Ewroparlamentari Roberta Metsola

Il-Partit Nazzjonalista sejjaħ lill-Pulizija sabiex tinvestiga każ ta’ theddid fil-konfront tal-Ewroparlamentari Roberta Metsola.

Dan wara li fuq il-media soċjali, ċertu Emmanuel Navarro  kiteb li għandha tiġi maħruqa ħajja.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista juri s-solidarjetà tiegħu u jikkundanna mingħajr riżerva it-theddid inaċċettabbli li sar fuq l-ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola.

Il-Partit Nazzjonalista isejjaħ minnufih lill-Kummissarju tal-Pulizija biex b’mod immedjat jinvestiga dan il-każ u jressaq il-persuna responsabbli l-Qorti.

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-PN fil-Parlament Ewropew David Casa esprima solidarjeta’ ma’ Roberta Metsola fejn ġejna fi stat fejn individwu jhedded apertament li għandha tinħaraq ħajja. Hu sejjaħ biex din il-persuna tiġi arrestata għaliex theddid bħal dan m’għandux jitħalla għaddej.