Lokali

“Tim ġdid, mod ġdid”: Jinħatar uffiċjalment is-Segretarju Ġenerali u l-uffiċjali tal-Partit

L-Uffiċjali tal-PN (Mix-xellug: Roselyn Borg - Segretarju Internazzjonali. Mark Anthony Sammut - President tal-Kumitat Eżekuttiv; Clyde Puli - Segretarju Ġenerali; David Agius - Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament; Adrian Delia - Kap tal-PN; Robert Arrigo - Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit; Kristy Debono - President tal-Kunsill Ġenerali; David Stellini - President tal-Kunsill Amministrattiv; David Camilleri - Teżorier)

Illlejla l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista eleġġa l-membri li tefgħu n-nomina għall-karigi fi ħdan il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia f’kummenti mal-ġurnalisti sostna li jemmen li minkejja t-triq fl-erba’ snin u nofs li ġejjin hi waħda twila flimkien se naslu.

Il-Membri l-ġodda fil-Kumitat Eżekuttiv huma:

– Clyde Puli, Segretarju Ġenerali;

– Mark Anthony Sammut, President tal-Kumitat Eżekuttiv;

– David Stellini, President tal-Kunsill Amministrattiv;

– David Camilleri, Teżorier:

– Roselyn Borg, Segretarju Internazzjonali.

Dawn jgħaqqdu t-tim tat-tmexxija iffurmat mill-Kap Adrian Delia, il-Viċi Kapijiet David Agius u Robert Arrigo u l-President tal-Kunsill Generali Kristy Debono biex, kif kien wiegħed il-Kap Adrian Delia, tlesta l-proċess qabel il-milied biex f’Jannar il-Partit Nazzjonalista jibda jaħdem għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.