Il-Pulizija qed jinvestigaw serqa li seħħet matul il-lejl mill-knisja ta’ San Ġużepp fil-Kalkara, fejn persuni mhux magħrufa serqu ammont ta’ flus u kif ukoll anke ġojjelli minn fuq l-istatwa titulari. L-aħħar sorsi jindikaw li l-ħallelin daħlu fil-knisja permezz ta’ tieqa, hekk kif kisru l-ħġieġ tat-tieqa u kif ukoll t-tieqa nnifisha.
L-ewwel rapporti ta’ din is-serqa saru fis-7.15am.
Intant fl-aħħar xhur saru diversi serq mill-Knejjes Maltin fin-naha t’isfel ta’ Malta. Fit 22 ta’ Lulju kienet saret serqa ta’ oġġetti sagri mill-Knisja ta’ Bormla, fejn żewġ persuni kienu tresqu l-Qorti.
Saret serqa wkoll mill-Knisja ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid fl-24 ta’ Settembru li għadda, fejn insterqu l-kaxex tad-donazzjonijiet, u fid- 9 ta’ Ottubru li għadda saret serqa oħra mill-Knisja taż-Żejtun fejn il-ħallelin daħlu mill-iscafolding li kien hemm armat.
(Muntaġġ: Beverly Abela, Filmat: Victor Abela, Ritratti: Martin Agius)