“Obbligat li nibgħat ittra lill-Prim Ministru ħalli jipprovdi s-sigurta’ meħtieġa lil Jonathan Ferris u lill-Familja tiegħu”
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-bini tal-Parlament.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni semma’ kif Ferris hu beżgħan għas-sigurta’ tiegħu nnifsu u li diġa’ għamel il-preparazzjonijiet għal wara mewtu. Dan hekk kif Ferris qed isostni li hu għandu aktar informazzjoni dwar l-investigazzjoni b’rabta mal-iskandlu Panama Papers. Ferris jinsab aktar u aktar beżgħan wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li nqatlek b’karozza bomba
Il-Kap tal-Oppożizzjoni, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet għamel anke referenza għal dak li sostna Jonathan Ferris li hu eks Spettur tal-Pulizija u eks uffiċjal tal-aġenzija kontra l-ħasil tal-flus, l-FIAU, li hu kellu jitlaq mill-Korp tal-Pulizija f’Ġunju tal-2016 minħabba ndħil mill-Ministru tal-Intern ta’ dak iż-żmien, Carmelo Abela. Kien hawn fejn il-Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni talab għar-riżenja ta’ Carmelo Abela.
Il-Kap tal-PN Adrian Delia kien akkumpanjat mill-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament David Agius mix-Shadow Minister għall-Intern Beppe Fenech Adami u mix-Shadow Minister għall-Ġustizzja Jason Azzopardi.
//= $special ?>