Lokali

LIVE: Aġġornamenti dwar il-każ ta’ qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Aġġornata: It-tliet arrestati dehru quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri u talbu lill-Qorti biex jingħataw l-assistenza legali u għalhekk inħatar Benjamin Valenzia, li għal-lum se jkun qed jirrappreżenta t-tliet imputati. Fil-bqija tal-proċeduri, Valenzia se jibqa’ jidher biss għal George Degiorgio, filwaqt li ż-żewġ imputati l-oħra jingħataw avukati oħra. It-tliet imputati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. Preżenti fl-awla tal-Qorti hemm Peter Caruana Galizia, l-armel tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Ġurnalisti ta’ Net News bħalissa jinsabu stazzjonati f’żewġ postijiet differenti sabiex inkunu nistgħu inżommukom aġġornati b’dak li jkun għaddej bħalissa b’rabta mal-każ tal-arresti relatati mal-qtil tal-ġurnalista ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-ġurnalisti tagħna jinsabu quddiem il-Lock Up tal-Pulizija fejn qed jinzammu dawk kollha li ġew arrestati lbieraħ kif ukoll il-Belt Valletta, in-naħa ta’ wara tal-Qorti, minn fejn mistennija jaslu l-arrestati li ħa jitressqu l-Qorti.