Lokali

FILMAT: Il-Beltin jagħtu l-aħħar tislima lil Joe Curmi l-Puse’

Dalgħodu fil-Knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt, ingħatat l-aħħar tislima lill-mużiċist popolari Joe Curmi, il-Puse’ li miet nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Diċembru.

Fil-Belt, Joe kien magħruf bħala bħala Ġużi u kien hemm ukoll min isejjaħlu Ġuże’. Jidher li minn hawn oriġina l-laqam tal-Puse’.

Għal xi żmien, Curmi kien ukoll jilgħab il-futbol. Iżda bla dubju li l-Puse’ jibqa’ l-aktar magħruf fl-isfera tal-mużika.

Joe Curmi, li kellu 90 sena, għamel snin idoqq mal-Orkestra Nazzjonali. Hu kien percussionist prim, veteran fil-qasam tal-kunċerti live u sinonimu mas-sax tenor – l-istrument li tant kien iħobb.

Beltin maħsuda wara l-mewt ta’ Joe Curmi l-Puse’