Knisja Lokali

Impenn ta’ aktar minn seklu lejn il-komunita’ tal-Belt: Inawgurata mill-gdid il-fergħa tal-APS fil-Belt Valletta

L-APS Bank iċċelebra l-preżenza interrotta tiegħu fil-Belt Valletta għal aktar minn mitt sena bl-inawgurazzjoni tar-rinovazzjoni tal-fergħa. Iċ-ċerimonja kienet preseduta mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta.

Bil-ftuħ ta’ din il-fergħa tnedew ukoll standards ġodda fis-settur bankarju Malti, li ġie ddisinjat b’numru ta’ spazji ta’ daqs differenti li jistgħu jintużaw għal skopijiet differenti, kif ukoll għadd ta’ għodda diġitali b’taħlita tajba bejn servizz personalizzat u teknoloġija lill-klijenti tal-APS Bank. Il-fergħa tinkludi wkoll żewġ sulari fejn se jkun hemm l-Uffiċċju Legali tal-Bank.

Waqt id-diskors tiegħu, l-E.T. Mons Charles J. Scicluna, l-Arċisqof ta’ Malta, qal li “ir-ruħ tal-Bank hija bbażata fuq valuri li jkunu qrib ħafna tan-nies u li jkun ħabib tal-klijenti”.

Iċ-Ċermen tal-APS Bank, Frederick Mifsud Bonnici tkellem dwar kif il-Bank qed iħaddan strateġija ta’ tkabbir responsabbli, itejjeb il-pożizzjoni tiegħu fis-suq filwaqt li jsaħħaħ l-infrastruttura ta’ governanza u l-immaniġġjar tar-riskju.

Il-Kap Eżekuttiv, Marcel Cassar tkellem dwar il-futur ta’ din il-fergħa, u kif il-Bank qed jitrasforma ruħu minn wieħed li mhux biss jaqdi lill-klijenti tiegħu, iżda wkoll jedukahom f’użu ta’ għodod diġitali, billi jgħinhom jsolvu l-problemi u billi jippermettilhom jagħmlu huma stess id-deċiżjonijiet finanzjarji għalihom.

Il-fergħa APS Bank fil-Belt Valletta tinsab f’17/18 Triq ir-Repubblika u hi miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt. Il-maniġer tal-fergħa hu s-Sur Sinclair Cassar.

Għal aktar tagħrif, wieħed jista’  jikkuntattja lill-Customer Support Centre fuq 21226644 jew permezz ta’ email fuq csc@apsbank.com.mt.