Lokali

#DefendMalta – ‘Malta mhix tax haven’ – Adrian Delia

“Wara l-vot tal-lum fil-Parlament Ewropew, jeħtieġ aktar minn qatt qabel li niddefendu lil Malta”. Kiteb dan il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fi tweet fuq Twitter.

Hu kiteb dan b’reazzjoni għall-vot fil-Parlament Ewropew fejn m’għaddiex vot tas-Soċjalisti biex Malta tkun ikkunsidrata bħala ‘tax haven’. Adrian Delia temm it-tweet tiegħu bil-hashtag ‘#DefendMalta’.

Fi tweet separat, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rringrazzja lill-MEPs tal-Partit Nazzjonalista David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech għall-ħidma tagħhom fil-Parlament Ewropew – ħidma li kienet essenzjali biex ma jgħaddix il-vot tas-Soċjalisti.