Lokali

Kampanja b’pariri għal prevenzjoni kontra n-nirien u inċidenti fi zmien il-festi mis-St John Rescue Corps

Is-St John Rescue Corps nedew kampanja għal aktar responsabilità u għarfien bil-għan li r-residenzi Maltin ikunu siġuri u jittieħdu prekawzzjonijiet biex jiġu evitati nirien li jistgħu jinħolqu f’dawn iż-żminijiet ta’ festi.

Matul dan ix-xahar isiru bosta attivitajiet fid-djar tagħna li jistgħu ikunu ta’ periklu, mit-tqiegħid tad-dawl fuq is-siġra tal-Milied sat-tisjir għall-familja kollha – filwaqt li inevitabbilment il-konsum tal-alkoħol matul dan ix-xahar jiżdied għal bosta.

Il-Kummissarju tas-St.John Rescue Corps, Andrew Grech sostna li f’dawn iż-żminijiet sfortunatament ċertu prekawzzjonijiet bażiċi ma jingħatawx attenzjoni biżżejjed. Filwaqt li St. John Rescue Corps qiegħdin hemm biex jagħtu servizz f’każ ta’ emerġenza, huma jridu jedukaw lill-pubbliku sabiex jiġu evitati ċertu traġedji.
Id-Deputat Kummissarju Chris Borg Cardona sostna li fost oħrajn, apparti s-sorsi ta’ sħana u dawl normalment assoċċjati ma dan l-istaġun, bħal fost oħrajn fran u dekorazzjonijiet tad-dar, bosta jixgħelu xi fireplace jew heaters hekk kif issa t-temp jibda jiksaħ u għaldaqstant il-pubbliku irid iżomm attenzjoni liema bħala.