Lokali

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit tintgħażel għall-każ ta’ Daphne Caruana Galizia

Għada se ssir is-seduta fl-10.30am

NETnews.com.mt jista’ jikkonferma li se tkun il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li fil-Qorti se tippresjedi l-proċess tal-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-każ tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Stafrace Zammit se tkun it-tielet Maġistrat li quddiemha se jmur dan il-każ, wara li l-Maġistrati Donatella Frendo Dimech u Charmaine Galea rrekużaw ruħhom mill-każ għal raġunijiet differenti.

NETnews.com.mt jista’ jikkonferma wkoll li s-seduta għall-bidu tal-proċess tal-kumpilazzjoni tal-evidenza se ssir għada fl-10.30 ta’ filgħodu, sakemm ma jkunx hemm talba oħra għar-rekuża.

Skont il-proċeduri u r-regoli tal-Qorti, il-Maġistrat Stafrace Zammit intgħażlet mill-Prim Imħallef Silvio Camilleri. F’każijiet bħal dawn, ikun l-ewwel Maġistrat biss li jitla’ bil-polza. Maġistrati sussegwenti b’każijiet ta’ rekużi jintgħażlu mill-Prim Imħallef.

Skoss ieħor fil-kors tal-ġustizzja: Il-Maġistrat Charmaine Galea tirrifjuta li tisma’ l-każ

Kont taf li t-tliet imputati jistgħu jaħarbu l-ġustizzja u jinħelsu darba għal dejjem?