Lokali

Imut l-attur Ralph Mangion

Illum tħabbret il-mewt tal-attur Ralph Mangion, magħruf l-aktar għas-sehem tiegħu fuq il-palk fit-teatru u fil-pantomimi tal-Milied, fost l-oħrajn.

Appena tħabbret il-mewt tiegħu, fuq Facebook, kienu diversi l-atturi u dawk relatati mat-teatru u l-produzzjonijiet lokali li esprimew id-dieqa tagħhom għat-telfa ta’ Mangion.

Minbarra fix-xogħolijiet tiegħu, Ralph Mangion jibqa’ magħruf ukoll għall-impenn tiegħu biex jintroduċi atturi ġodda, li llum ingawdu t-talenti tagħhom ukoll fid-drama Maltija.

Media.Link Communications twassal il-kondoljanzi lill-Familja Mangion.