Lokali

Ebda periklu wara li nstab basket suspettuż quddiem ir-residenza ta’ Eddie Fenech Adami

Jirriżulta li ma’ kien hemm l-ebda periklu wara li basket li nstab qrib ir-residenza tal-Eks President u eks Prim Ministru ta’ Malta Eddie Fenech Adami fi Triq il-Kbira f’Birkirkara nstab li kien vojt u li għaldaqstant ma’ kellu l-ebda periklu.

Jirriżulta li kmieni wara nofsinhar l-Pulizija rċeviet rapport li quddiem ir-residenza ta’ Eddie Fenech Adami, preċiżament fuq il-bankina, ftit ċentimetri ‘l bogħod mill-bieb tar-residenza, kien hemm basket li qajjem suspetti.

Mmedjatament issejħu l-membri tal-Armati ta’ Malta li wara tfitxija li għamlu nstab li fil-basket ma’ kien hemm xejn suspettuż u li l-basket kien vojt.

Sa issa mhux magħruf x’wassal biex il-basket tħalla hemm u qajjem dan il-paniku fit-triq li fiha jgħix l-Eks President u Prim Ministru ta’ Malta Eddie Fenech Adami li fi Frar jagħlaq 84 sena.