Ħafna jiftakru l-isparatura li seħħet fit-12 ta’ Diċembru ġewwa Triq Burmarrad, in-Naxxar.
Issa l-Pulizija ħabbret li qiegħda tfittex raġel b’rabta ma’ dan il-każ.
Is-suspettat (ritratt) huwa Damiano Alfio Rannisi Torrisi, Taljan ta’ 39 sena.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz tan-numri 119 / 21 224001 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.
Il-vittma fl-isparatura kien raġel minn Raħal Ġdid illi dakinhar kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei. Il-każ kien seħħ għall-ħabta tal-11.30pm.
Torrisi hu l-istess persuna li f’Mejju li għadda nstab ħati li, flimkien ma’ sieħbu, weġġgħu sid ta’ ħanut fir-Rabat fl-2015 waqt serqa. Dakinhar huma kienu serqu €2,000.
Is-sieħeb ta’ Torrisi, Alessandro Giuseppe Gandolfo, kien ingħata 6 snin u 8 xhur ħabs wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih fit-tieni seduta.
L-inkjesta f’dn il-każ qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo.
//= $special ?>