Lokali

Eroj: Żewġ infermiera u staff mediku tal-Emerġenza jsalvaw tifel ta’ 10 snin li kien qed jifga

Żewġ professjonisti mediċi mill-klinika ta’ Raħal Ġdid, Janice Caruana u Chris Spiteri, jistgħu jitqiesu bħala l-eroj tal-ġurnata wara li lbieraħ irnexxielhom isalvaw lil tifel ta’ għaxar snin minn Ħal Tarxien li kien qed jifga.

Jirriżulta li mallu daħal ir-rapport, mill-klinika ta’ Raħal Ġdid ħarġet ambulanza b’tim mediku ta’ emerġenza li hekk kif waslu fil-post taw l-ewwel għajnuna biex salvawh. Minn hawn imbagħad ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei biex kompla jingħata l-kura.

Iżda minkejja li dan l-att wassal biex it-tifel salva, sfortunatament kuntrarju għal ieħor ta’ ħames snin li lejn l-aħħar ta’ Diċembru tilef ħajtu bl-istess mod, fuq Facebook tispikka l-umiltà ta’ dawn il-professjonisti.

Filfatt Janice Caruana, iffaċċjata minn kliem ta’ tifħir għall-ħidma tagħha u ta’ sħabha, iddeskriviet dak li seħħ bħala ‘Another day at the office.’