Lokali

TRAĠEDJA LESTA BIEX ISSEĦĦ F’ĦAL QORMI: Familja tgħix fil-faqar u bis-saqaf wasal biex iċedi

Immaġinak f’sitwazzjoni fejn minkejja li qed tipprova tagħmel minn kollox biex tirranġa s-sitwazzjoni, tant li anke għal xogħol wieħed għandek tnejn, kollox jibda ġej ħażin. Tinsab maqbud f’morsa ta’ faqar, u sadattant is-saqaf ta’ fuq rasek wasal biex iċedi u s-sitwazzjoni titfgħek ukoll f’dipressjoni.

Din hi l-istorja ta’ familja li tgħix f’Ħal Qormi, f’appartament li jinsab fit-tieni sular ta’ binja li fiha jgħixu wkoll familji oħra. Iżda s-saqaf ta’ dan l-appartament qed iċedi u hu kkundannat. Suppost li din il-familja lanqas bisss tgħix f’dan il-post, iżda post fejn imorru m’għandhomx u lanqas il-flus biex isewwu l-ħsara.

Iltqajt ma’ sid din il-proprjetà, Mario (isem fittizju biex nnipproteġu l-identità tiegħu) li ilu jgħix fiha flimkien ma’ martu sa mindu mietet ommu. Akkumpanjat minn Charles Saliba mill-Fondazzjoni Daqqa t’Id, dawwarna mal-appartament tiegħu.

Frustrat li fi tliet snin b’rabta ma’ dan il-każ sab biss bibien magħluqa quddiem wiċċu u wiċċ sħabu tal-Fondazzjoni Daqqa t’Id, Charles Saliba appella għall-kuntratturi li jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol għal din il-familja fil-bżonn u lil min jista’ joffri xi oġġetti jew appliances lil din il-familja.

Jekk tixtieq tgħin, tista’ tagħmel kuntatt ma’ Charles Saliba fuq 99026827. Il-Fondazzjoni DID, Daqqa t’Id (VO/0827) qed tilqa’ wkoll id-donazzjonijiet mill-pubbliku. Jekk tixtieq tgħin lil din il-familja tista’ tagħmel id-donazzjoni tiegħek permezz ta’ SMS fuq 50618193 (€4.66), 50618989 (€6.99), 50619288 (€11.65) jew permezz tat-telefon fuq 51502082 (€5), 51602025 (€10), 51702026 (€15), 51802093 (€25) jew 51902056 (€50).