Jonathan Ferris, ex uffiċjal tal-FIAU, l-Financial Intelligence Analysis Unit, ġie mitlub mill-unit li tagħti protezzjoni lill-Whistleblowers li tiffunzjona fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, sabiex jgħaddi l-informazzjoni li għandu f’idu, dwar każijiet li nvestiga , qabel ma jingħata l-protezzjoni bħala whistleblower.
Jekk ma jingħatax protezzjoni Ferris jista’ jafaċċja ħames snin ta’ priġunerija u multa ta’ €100,000.
Dan ħareġ minn protest ġudizzjarju li tressaq mill-avukati ta’ Jonathan Ferris.
Fil-protest ġudizzjarju jingħad li Jonathan Ferris għandu informazzjoni dwar korruzzjoni, abbuż ta’ poter u ħasil ta’ flus , każijiet li ġraw fl-aħħar snin u għadhom qed isiru. Dawn hu sar jaf bihom meta kien għadu jaħdem mal-FIAU u kien qed jinvestiga l-każijiet.
Minn naħa tiegħu Ferris qal li mhux lest jikkollabora mal-awtoritajiet biex jgħin jinkixfu u jkunu nvestigati dawn il-krimini qabel ma jingħata l-protezzjoni ta’ whistleblower. Hu qal li l-mod kif il-gvern qed jimxi miegħu imur kontra għal mod kif mexa ma’ whistleblowers oħra. Għalhekk hu kkundanna dan l-aġir minn naħa tal-Awtoritajiet.
Il-protest ġudizzjarju ġie ffirmat mill-avukati Jason Azzopardi, Roselyn Borg Knight u Andrew Borg Cardona
//= $special ?>