L-Eġizzjan li nstab mejjet fl-Għarb dalgħodu huwa Walid Salah Mohamed ta’ 42 sena, magħruf aħjar fost sħabu bħala Willie.
Dan ir-raġel kien instab ħati mill-Qorti ta’ Għawdex li f’Diċembru 2015 weġġa’ ħafif lis-sieħba tiegħu Christiana Vella, li hija wkoll omm uliedu. Fil-Qorti l-mara kienet qalet li Mohamed kien heddidha li jwaddbilha l-aċtu għal wiċċha jekk tħalli lit-tfal jattendu għal-lezzjonjiet tar-reliġjon fl-iskola primarja.
Huwa kien instab ħati mill-Maġistrat Joseph Mifsud u kkundannat il-piena massima ta’ 12-il xahar ħabs u multa, b’dawn tal-ewwel iżda mbagħad tnaqqsu għal ħames xhur ħabs fl-istadju tal-appell mill-Prim Imħallef Silvio Camilleri.
Aktar kmieni Net News kien fuq il-post fejn instab il-katavru.
//= $special ?>