“Għal darb’ohra l-FIAU qed tipprova twissini biex ma nippubblikax ir-rapport konklussiv tagħhom. Mhux se nibza’ minn theddid legali kontriha. Minkejja kollox se nibqa’ nagħmel xogholi. Sostna dan l-MEP David Casa.
Hu żied jgħid li r-rapport tal-FIAU huwa konklussiv. Ir-rapport jitlob il-Pulizija biex jipprocedu kontra Konrad Mizzi. Madanakollu l-FIAU ħbiet dan ir-rapport għal aktar minn sena. David Casa sostna li dan hu skandaluż. David Casa żied jgħid li l-Gvern sar kelliem tal-Gvern.
L-MEP David Casa sostna dan wara li l-FIAU qalet li r-rapport li għandu David Casa mhuwiex finali. L-FIAU ħarġet stqarrija wara li f’intervista fis-Sunday Times David Casa qal li qed jaħsibha bis-serjetà li jgħaddi dan ir-rapport lill-maġistrat inkwirenti.
Fi stqarrija, l-FIAU sostniet li għalkemm dan ir-rapport li nkixef u ġie f’idejn Casa għandu numru ta’ referenza, u għalhekk huwa awtentiku, kull rapport tagħha jkollu numru ta’ referenza, anki jekk ikun għadu rapport mhux iffinalizzat jew ma jkunx hemm riżultati tal-investigazzjonijiet.
Ir-rapport, skont Casa, fih evidenza li kemm il-Ministru Konrad Mizzi kif ukoll iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ħadu xi flus f’buthom mill-privatizzazzjoni tal-Enemalta.
//= $special ?>