Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia nnomina lil Simon Mizzi bħala membru fuq il-bord tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.
Dr. Simon Mizzi huwa akkademiku residenti fi ħdan il-Fakultà tal-Inġinerija fl-Università ta’ Malta. Huwa kiseb Dottorat fl-Inġinerija mill-Università ta’ Strathclyde fl-2008 u wara għamel esperjenza professjonali ma’ Rolls Royce, kumpanija ewlenija fl-avjazzjoni ċivili.
Dr Mizzi kien partikolarment iffukat fuq l-iżvillupp sostenibbli tal-avjazzjoni u kien responsabbli mir-Riċerka u l-Iżvillupp bl-iskop li l-industrija isir iktar effiċjenti u tnaqqas l-impatt ambjentali fl-operat tagħha.
Dr Mizzi li għandu 35 sena huwa miżżewweġ b’żewġt itfal u kiseb il-formazzjoni edukattiva tiegħu fil-kulleġġ San Alwiġi.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jifraħ lil Simon Mizzi u jawguralu għal din il-kariga ġdida.
//= $special ?>