Lokali

Tmut Tania van Avendonk; it-tabiba tant maħbuba mar-Rabtin

Mietet it-tabiba Rabtija Tania van Avendonk li kellha 53 sena. It-tabiba, maħbuba mhux biss mir-Rabtin, kienet ilha tliet snin tissielet mal-kanċer fil-frixa.

Ħafna qed ifakkruha għad-determinazzjoni tagħha anke meta kienet marida, tant li sal-aħħar baqgħet tissielet il-kanċer.

Fuq Facebook kienu ħafna dawk li esprimew is-sogħba tagħhom għal din it-telfa ta’ Dr Tania li ġiet deskritta bħala mara ta’ qalb kbira.

It-tabiba dejjem appellet lill-kulħadd biex meta jħossu xi sintomi jitkellmu mill-ewwel.