Ambjent Internazzjonali

Daqshekk plastik f’Mallorca u Ibiza

L-awtoritajiet tal-Gżejjer Baleariċi – Majorca, Menorca, Ibiza u Formentera – ħabbru pjani biex jitwaqqaf il-bejgħ tad-disposable plastics sas-sena 2020. Dan biex jgħinu fil-ħidma biex il-baħar jitnaddaf mill-iskart tal-plastik.

Fost l-affarijiet li se jkunu projbiti se jkun hemm tazez, straws, lighters u l-kontineturi tal-kafè tal-magni tal-kafè.

Il-liġi ġdida se tkopri l-gżejjer popolari mat-turisti ta’ Mallorca u Ibiza.
Fl-istess ħin dawn il-gżejjer qed jieħdu passi biex irażżnu t-turiżmu tal-massa.