Internazzjonali

AĠĠORNAT: Mejta u feruti f’inċident ferrovjarju ‘il barra minn Milan

Ferrovija tal-linja Trenord ħarġet minn fuq il-linji ferrovjarji f’inċident ikrah li seħħ dalgħodu fl-inħawi ta’ Pioltello.

Fl-inċident, erba’ persuni tilfu ħajjiethom.

Il-ferrovija kienet ġejja mill-istazzjon ta’ Cremona, fid-direzzjoni tal-istazzjon Garibaldi f’Milan.

L-inċident seħħ fis-6:55am.