Lokali

Persuna sospiża minħabba akkużi ta’ tixħim fis-Segretarjat ta’ Roderick Galdes

Ħaddiem mill-istaff tas-Segretarjat Parlamentari ta’ Roderick Galdes ġie sospiż minħabba allegazzjonijiet ta’ tixħim.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li s-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali ssospenda b’effett immedjat dan il-membru tal-istaff wara li saru allegazzjonijiet u ngħatat informazzjoni li tindika li din il-persuna setgħet talbet jew ħadet flus mingħand persuna oħra.

L-istqarrija żiedet li l-Pulizija ntalbet minnufih tinvestiga dawn l-allegazzjonijiet.

Sadanittant, fuq Facebook, is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li rċieva informazzjoni u allegazzjoni li tindika li dan il-ħaddiem kiser ir-regoli ta’ mġieba stabbiliti.

https://www.facebook.com/roderickgaldes/posts/1806267846344663