Lokali

Illum il-Festa ta’ San Pawl Nawfragu… xandira LIVE fuq NET Television

Illum fil-Belt Valletta qed tiġi ċċelebrata il-festa ta’ San Pawl Nawfragu. Festa li qed issir illum minħabba li l-festi tar-Randan u allura anke l-festi tal-Karnival se jiġu aktar kmieni mis-soltu.

Il-Quddiesa Pontifikali fil-Kolleġjata ta’ San Pawl Nawfragu qed titmexxa mill-Arcisqof Charles J Scicluna, u għaliha attendew l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca,  il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, is-Sindku tal-Belt Alexiei Dingli, Ministri u Deputati Parlamentari.

NET Television, fl-okkażjoni ta’ din il-festa se jkun qed ixandar kemm il-Pontifikal kif ukoll il-purċissjoni bl-istatwat artistika ta’ San Pawl.