Lokali

Tieħu ritratt lil ħalliel li sabet ma’ wiċċha fid-dar tagħha f’Birkirkara

Mara kitbet storja tal-biża’ li esperjenzat ommha. Dan hekk kif ommha, li għandha 60 sena, u li tgħix Birkirkara, waqt li kienet għall-affari tagħha fid-dar, sabet ma’ wiċċha raġel bil-portmoni tagħha f’idu.

Hi qalet li l-omm semgħet xi ħsejjes waqt li kienet id-dar, u kif marret tiċċekja, hi sabet lil dan ir-raġel bil-portmoni tagħha f’idu, hi rnexxielha twaqqgħu u ħadet lura il-portmoni.

Hi qalet li ħadet ir-ritratt hekk kif bdiet tistaqsi lil dan ir-raġel x’kien qed jagħmel fid-dar tagħha, bir-raġel jibqa’ kalm flok ħarab jiġri.

Din jidher li kienet it-tieni darba li r-raġel ipprova jwettaq serqa minn din ir-residenza.

Dwar dan, bint il-vittma qalet li din hija serja għaliex dan ir-raġel darb’oħra jista’ jkun armat u jista’ jkun li jidħol f’residenza ta’ xi anzjana li ma tistax tiddefendi ruħha waħidha.

Kienu diversi l-persuni li anke pubblikament kkonfermaw li anke huma kienu vittma ta’ dan ir-raġel li sikwiet ikun akkumpanjat minn persuna oħra.

Net News jinsab infurmat li l-Pulizija rċevew diversi rapporti iżda sa issa mar saru l-ebda arresti.