Lokali

Wara li Adrian Delia żar Triq A. Cachia Zammit fiż-Żejtun … illum ngħatat l-asfalt

Wara li jumejn ilu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia żar triq A. Cachia Zammit fiż-Żejtun, triq li kien ilu jsir xogħol fiha aktar minn sena u nofs, illum parti minn din it-triq ingħatat l-asfalt.

Il-kap tal-Partit Nazzjonalista kien appella biex tittieħed azzjoni mmedjata wara dan l-inkonvenjent għar-residenti u n-negozji għal aktar minn sentejn.

Kienu diversi l-kummenti fuq il-midja soċjali hekk kif bdew jinxterdu r-ritratti wara li kompla x-xogħol, b’kumment partikolari li żgur nissel tbissima kien “waqt li qabel biex issir triq konnha ngħidu li trid tgħaddi r-Reġina, illum biex issir triq irid jgħaddi Adrian Delia”.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jżur iż-Żejtun, iż-Żurrieq u Marsaxlokk