Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħarab milli jwieġeb mistoqsijiet diretti tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia dwar il-kuntratt bejn il-Gvern u l-VGH dwar l-isptarijiet Maltin iżda kkonferma li l-Gvern ma kienx involut fin-negozjati bejn VITALS u Stewards, li xtraw l-isptarijiet Karin Grech, San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia għamel diversi mistoqsijiet parlamentari dwar is-settur tas-saħħa lill-Prim Ministru Joseph Muscat imma viżibilment skomdu ħarab milli jwieġeb.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia staqsa jekk il-Gvern tax il-kunsens tiegħu. Il-Prim Ministru kkonferma li t-tranżazzjoni saret bil-kunsens tal-Gvern iżda hu qatt ma attenda laqgħat u ma jafx x’kien diskuss bejn iż-żewġ naħat.
Il-Kap tal-Opożizzjoni staqsa jekk it-trasferiment sarx billi nbigħu l-ishma jew jekk ingħatatx konċessjoni subenfitewka fuq l-art bil-Prim Ministru skomdu jgħid li m’għandux il-file quddiemu u ma setax iwieġeb.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni staqsa jekk il-kundizzjonijiet ingħatawx bil-miktub u jekk il-gvern għandux id-dettalji tagħhom. Il-Prim Ministru jsostni li m’għandux l-informazzjoni u li mhux ċert għax qed iwieġeb mill-memorja.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia staqsa wkoll jekk il-Gvern hux se jippubblika l-kuntratt bejn VITALS u l-Gvern jew bejn VITALS u Stewards, anke hawn il-Prim Ministru ħarab milli jwieġeb.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia staqsa jekk il-kundizzjonijiet tal-kuntratt mal-VGH kinux miskura, il-Prim Ministru hux lest iwaqqa’ l-ewwel kuntratt u kif fl-aħħar xhur kien hemm problemi serji fl-istrutturi tal-VITALS minkejja li kienu qed idaħħlu €180,000 kuljum. Anke hawn il-Prim Ministru harab milli jwieġeb.
//= $special ?>