Internazzjonali Lokali

Raġel Malti jmut fit-Tajlandja wara inċident tat-traffiku

Inċident tat-traffiku fit-Tajlandja sewa l-ħajja ta’ raġel Malti. Rapporti fil-media Tajlandiża jgħidu li r-raġel, li għandu 78 sena, miet fi sptar fit-Tajlandja wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu ħin barrani.

Skont l-istess rapporti, il-Malti kien qed isuq mutur meta ntlaqat minn karozza. B’konsegwenza ta’ hekk, hu ttajjar għal diversi metri. Jidher li għalkemm ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post, sfortunatament aktar tard kien iċċertifikat mejjet.

Il-karozza li tajjret lill-Malti kienet qed tinstaq minn mara ta’ 60 sena, li weġġgħet ħafif. Għad mhux magħrufa l-identità tal-Malti li tilef ħajtu f’dan l-inċident, għalkemm NET News jinsab infurmat li r-raġel huwa mill-Ħamrun.