Internazzjonali

FL-ITALJA: Jinstab katavru mbiċċier f’żewġ bagalji

Instab katavru mbiċċier ta’ mara fl-inħawi ta’ Pollenza, f’Macerata. Il-katavru nstab f’żewġ bagalji abbandunati f’gandott, li ntlemħu minn persuna li kienet fil-post.
Is-sejba saret f’Via Dell’Industria.
Mhux eskluż li dawn tħallew hemm minn xi ħadd li wasal fuq il-post b’karozza l-lejl ta’ qabel.
Qed issir ukoll ħidma biex tiġi identifikata l-mara.