Illejla tħabbret il-mewt tal-kantant Tony Camilleri, magħruf aktar bħala l-Bayzo.
Il-Bayzo jibqa’ magħruf bħala wieħed mill-aqwa kantanti, fejn fis-snin sittin kien beda bħala kitarrist mal-grupp tal-pop Malti The Malta Bums.
Waħda mill-aħħar interpretazzjonijiet tal-Bayzo kienet f’Settembru li għadda waqt Rockestra.
Imwieled fit-3 t’April tal-1947 minn San Pawl il-Baħar, il-Bayzo miet fl-età ta’ 70 sena.