Internazzjonali

Ir-Ryanair bi twissija dwar is-Sajf 2019

Ir-Ryanair ħabbret li kienet se tibda tpoġġi dik li sejħet “klawsola dwar il-Brexit” meta tbigħ biljett.
Dan se jeffettwa l-bejgħ tal-biljetti għas-Sajf tal-2019 u jista’ jwassal biex bookings jitħassru jekk ma tinstabx soluzzjoni għat-tmiem tar-regoli tal-avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea la dabra r-Renju Unit f’Marzu tal-2019, jispiċċa minn membru tal-UE.
Bħalissa d-dritt tat-titjiriet minn u lejn l-UE kif ukoll bejn l-Istati Uniti u r-Renju Unit hu kopert mill-ftehim Open Skies tal-UE imma fil-każ tar-Renju Unit, dan issa twaddab f’dubju minħabba l-Brexit.
Għall-qasam tal-avjazzjoni fir-Renju Unit m’hemm ebda alternativa beix ikunu jistgħu jsiru titjiriet. Ir-Ryanair ilha tilmenta li mhu xejn ċar kif se jkun regolat il-qasam tal-avjazzjoni la darba jasal il-Brexit f’Marzu tal-2019.
Ir-Ryanair qalet li fil-każ tal-agħar u t-titjiriet ikollhom jitħassru, dawk li jkunu xtraw biljett mal-kumpanija jingħataw il-flus lura. Intqal li fil-frattemp, jekk tinstab soluzzjoni, allura l-biljetti jinbiegħu normalment.